Hekk kif għadha kien jiskadi t-terminu oriġinali mgħoti lill-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Bord għarraf lill-Prim Ministru li qed jestendi ż-żmien biex titkompla din l-inkjesta.
F’komunikat pjuttost skjett u dirett lejn il-Prim Ministru, il-Bord saħaq li jeħtieġ li jitħalla jagħmel xogħolu b’serenitá biex jasal għall-ġudizzju oġġettiv fuq il-provi miġbura, u dan mingħajr ma ssirlu pressjoni mingħand ħadd.
Il-Bord insista li t-tfittxija għall-verità m’għandha qatt tpoġġi kundizzjonijiet fuqhom.
Fid-digriet, l-imħallfin qalu li huwa biss il-bord li jista’ jiddetermina l-limiti tat-termini tar-referenza tal-inkjesta, u meta jkunu ġabru l-provi kollha mixtieqa.
Huma insistew li kull tentattiv biex jigu limitati jew estisi dawn it-termini ta’ referenza hu għalhekk inaċċettabbli, u li kull tentattiv ta’ din ix-xorta dirett jew indirett jitqies li hu intiż biex ifixkel il-kors tal-ġustizzja u se jkunu qed jirribattuh.
//= $special ?>