Il-Ġermanja se terġa’ tmur f’lockdown dan sabiex il-każijiet tal-Covid-19 ma jibqgħux jiżdiedu b’kawża tal-festi tal-Milied.
Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li l-ħwienet kollha mhux essenzjali se jingħalqu mill-Erbgħa li ġej sal-10 ta’ Jannar bl-għan li jittrażżan it-tixrid tal-Coronavirus.
Din il-miżura mhux se tapplika għall-ħwienet essenzjali bħal supermarkets, spiżeriji u kif ukoll banek li jistgħu jibqgħu miftuħin, madanakollu skejjel u ħwienet mhux essenzjali bħal dawk tax-xagħar u t-tatoos se jibqgħu magħluqa.
Ix-xorb tal-alkoħol fit-toroq ukoll se jkun iprojbit sal-10 ta’ Jannar, dan hekk kif kien hemm żieda ta’ nies li jiltaqgħu fil-ġonna u l-imsaġar minflok imorru fil-ħwienet tax-xorb.
//= $special ?>