Lokali

Il-Kardinal Grech iżur il-ħabs ta’ Kordin

“Il-priġunieri huma ħuti. Aħna lkoll bnedmin”.

Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kardinal Mario Grech fi tmiem żjara li għamel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn kellu l-opportunità jitkellem mal-ħabsin infushom.

Il-Kardinal qal li din il-laqgħa timlih b’ħafna kuraġġ, għaliex ra ix-xewqa f’għajnejn il-priġunieri biex jikkontribwixxu mill-ġdid fis-soċjetà.

Mons. Grech wassal il-barka tal-Papa fil-Faċilità ta’ Kordin.

Waqt iż-żjara, il-Kardinal mexxa quddiesa fil-ħabs u ltaqa’ wkoll mat-tmexxija u l-ħaddiema tal-istess Faċilità.