Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella lill-gvern biex iwettaq riformi effettivi fil-liġi dwar il-priti u jbeigħed dawn l-emendi minn kull element politiku.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-bini hu wieħed mill-pilastri ewlenin tal-ekonomija u għalhekk din l-industrija trid tkun regolata b’mod li min jgħix minnha jibqa’ jagħmel dan bla perikli waqt li dawk li jgħixu viċin siti ta’ kostruzzjoni ma jsofrux danni jew jitilfu ħajjithom. Il-periti jagħtu kontribut kbir fil-kostruzzjoni u kien għalhekk li fl-2007 l-Kamra tal-Periti ħasset il-bżonn li dan l-Att ikun rivedut.
Hu tratta l-inċidenti li seħħew fuq siti tal-kostruzzjoni u li wasslu biex kien waqaf ix-xogħol kollu tal-kostruzzjoni sakemm jinstabu soluzzjonijiet biex ikunu evitati l-inċidenti.
Il-PN kien enfażizza l-ħtieġa ta’ regoli ġodda li jirregolaw l-industrija ta-bini, isir il-liċenzjar ta’ kull min jagħti servizzi fl-industrija u li jsir investiment mill-gvern biex jiżdied l-għarfien u l-infurzar dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Il-PN kien għamel ukoll 10 proposti waqt li kien hemm proposti oħra f’dan is-sens iżda l-gvern ħass ma kellu jieħu l-ebda waħda minn dawn il-proposti u jwettaqhom. Dan wassal għal iktar inċidenti fatali fosthom fil-Ħamrun.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Kamra tal-Periti ppoproniet riforma komprensiva fl-industrija u kien hemm qbil mal-gvern li l-funzjonijiet kollha regolitarji jkunu emnedati biex jirrifletti din is-sitwazzjoni. Wasal iż-żmien li parti mir-riforma hi li l-liġijiet spezzettati jkunu miġbura kollha flimkien taħt kappa waħda.
Toni Bezzina semma’ r-regoli tal-bini u tal-kostruzzjoni kif ukoll il-liability period biex ir-regoli jkunu konformi mar-regoli tal-UE. L-ebda kumpanija ta’ assikurazzjoni ma trid tinxurja lill-periti bħalissa minħabba l-perjodu ta’ 10 snin.
Dan jista’ jwassal għal problemi minħabba li l-assikurazzjoni issa saret obbligatorja. Din jista’ jkollha riperkussjonijiet kbar fuq il-pajjiż u fuq l-industrija tal-kostruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern għandu jitratta b’mod immedjat il-klassifikazzjoni u l-liċenzjar tal-ħaddiema li jaħdmu fil-kostruzzjoni. Hu kompla li l-kamra tal-periti qed titlob li tkun hi li tirregola l-kondotta tal-membri kollha fil-professjoni; liema proposta l-gvern kien qabel magħha iżda issa qed jagħmel bil-kontra ta’ dak li kien hemm qbil fuqu.
Hu sostna li jeħtieġ diskussjoni għal iktar emendi dwar il-kompożizzjoni tal-Bord dwar il-kondotta tal-periti għaliex il-gvern irid jifhem li m’għanux ikun il-ministru li jagħżel il-membri tal-Bord. Dan imur kontra liġi oħra li permezz tagħha l-gvern hu obbligat li jneħħi ċertu responsabbiltajiet minn taħt idejh, sostna Toni Bezzina.
//= $special ?>