Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks kowċ ta’ Liverpool Gerard Houllier li miet matul il-lejl li għadda fl-età ta’ 73 sena.
Houllier mexxa lil Liverpool bejn l-1998 u l-2004 fejn magħhom rebaħ ħames tazzi, fosthom l-FA Cup, l-League Cup u l-UEFA Cup.

Qabel ma’ mexxa lil Liverpool Houllier kien ukoll kowċ ta’ Lens u PSG fi Franza kif ukoll għamel perjodu jmexxi lit-tim nazzjonali Franċiż. Wara li kien ħalla lil Liverpool fl-2004 Houllier mexxa lil Lyon fejn rebaħ darbtejn il-Ligue 1.

L-aħħar tim li mexxa kien Aston Villa fejna fl-2011 irtira wara problemi f’qalbu. Liverpool fi stqarrija qalu li jinsabu maħsuda b’din l-aħbar u taw il-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb tiegħu, fost il-bosta eks plejers u kowċis li urew s-sobgħa tagħhom għal din l-aħbar.