Għawdex Lokali

In-Nadur jilbes il-libsa tal-Milied

Il-Kunsill Lokali tan-Nadur għamel numru ta’ dwal tal-Milied mal-lokal, speċjalment fil-pjazza tar-raħal, u kif ukoll f’numru ta’ toroq fil-lokal.

Id-dwal inxtegħlu mis-Sindku tan-Nadur, Edward Said, il-Kunsilliera tal-Kunsill u kif ukoll il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri.

Is-Sindku tan-Nadur qal li t-tiżjin bħal dan jixraq lil-lokal, u qal li l-Kunsill qed jinvesti ta’ kull sena bil-lokalità tkun armata għal żmien il-Milied.

Din l-inizjattiva saret mill-Kunsill Lokali tan-Nadur bi sħab mad-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.