L-ex Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna evita milli jwieġeb diversi mistoqsijiet kruċjali dwar l-operat tiegħu fil-gvern Laburista quddiem l-iskandlu l-kbar ta’ korruzzjoni iżda nħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
Il-ħatra ta’ Edwrad Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali saret fil-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi presedut mid-deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Il-ħatra tal-ex Ministru Laburista Scicluna kienet approvata b’erba’ voti favur u tliet voti kontra. Fil-fatt, il-membri tal-gvern fuq il-Kumitat – Glenn Bedingfield, Joe Mizzi, Clayton Bartolo u Anthony Agius Decelis – ivvotaw favur waqt li d-deputati tal-Oppożizzjoni – Carm Mifsud Bonnici, Karol Aquilina u Kristy Debono – ivvutaw kontra.
Dan l-iskrutinju dam sagħtejn li matulhom il-membri tal-Gvern oġġezzjonaw għal ħafna mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li nsista li l-ex Ministru Laburista jwieġeb u jagħti l-opinjonijiet politiċi u professjonali tiegħu dwar id-diversi skandi ta’ korruzzjoni li seħħu taħt il-gvern Laburista fosthom il-bejgħ tal-isptarijiet.
Fl-introduzzjoni l-ex Ministru Laburista qal li l-kariga ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali hi kariga li tagħti wiċċ Malta kemm barra kif ukoll barra minn Malta u l-Gvernatur għandu jkun persuna impekkabbli fir-regoli waqt li jkun komdu jitkellem ma’ uffiċjai ta’ entitajiet barranin.
Ħdimt ħafna fir-reputazzjoni tal-pajjiż biex il-pajjiż m’għaddiex minn dak li għaddiet minnu l-Greċja, sosnta l-ex ministru li nsista li hu jemmen fis-saltna tad-dritt. L-ex Ministru Laburista Sclicluna appella biex il-qrati jitħallew jaħdmu.
Karol Aquilina staqsa lill-ex Ministru Scicluna jekk ħassux imprudenti li qed ikun skrutinat waqt li għadu deputat. L-ex Ministru qal li hu kontra l-użu tal-fondi pubbliċi għal skopijiet personali u spjega kif hu kien jngħata l-assistenza u blog mill-parlament Ewopew. Meta ġejt Malta komplejt u għamilt 350 video.
Kelli r-riżorsi fil-Ministeri biex nagħmel dan il-blog iżda kellu jsir l-editing u b’hekk ma jkunx effettiv u immedjat, spjega l-ex Ministru Scicluna, li qal li hu ma setax jistenna u għalhekk kien juża l-u-tube biex il-materjal jittella’ qabel. Il-web sites dejjem ħallasthom jien, sostna l-ex Ministru Scicluna li kkonferma li dawn il-filmati saru minn fondi pubbliċi. Dawn kienu biex ngħallem, sostna l-ex Ministru Scicluna.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Kummissarju għall-Istandards irrimarka kif l-ex Ministru Scicluna kien poġġa dawn il-filmati fuq il-websites tiegħu.
L-ex Ministru Scicluna qal li l-ħidma li wettaq il-gvern ġiet velenata u sostna li jixtieq li kull għamel il-ħażen jinqabad. Mistoqsi dwar il-Vitals, l-ex Ministru Scicluna wieġeb li l-pajjiż mhux fi żmien il-brodu u l-Ministru tal-Finanzi m’għandux responsabbiltà. L-ex Ministru Scicluna ma weġibx jekk il-każ tal-Vitals hux falliment u rrifera għar-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur Ġenerali.
Hu qal li għaddejjin diskussjonijiet avvanzati ma’ Stewart dwar it-termini diskutibbli u ma weġibx dwar il-ftehim ta’ €100 miljun jekk il-kuntratt jitħassar. Din hi allegazzjoni, sostna l-ex Ministru Scicluna, li wieġeb dwar il-correspondent banking u qal li l-probemi preżenti m’humiex marbuta mal-pajjiż iżda ma’ kwistjonijiet oħra fosthom tar-riskji.
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li minkejja l-kwalitajiet tal-ex Minitru Scicluna, taħt it-tmexxija tiegħu seħħu diversi skandli fis-settur finanzjarju u għalhekk għandu jagħti garanzija li dan mux se jseħħ meta jkun Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
L-ex Ministru Sciluna qal li l-istituzzjonijiet għandhom ikunu rispettati għaliex huma awtonomi.
//= $special ?>