L-Assoċjazjoni tal-istabbilimenti tal-Catering, f’laqgħa li kellha fil-Ministeru għat-Turiżmu, spjegaw li bħalissa f’pajjiżna hawn madwar 4,000 stabbiliment tal-catering.
Huma saħqu li dan ifisser li r-ristoranti jibqghu parti essenzjali mill-qasam turistiku ta’ pajjiżna u għalhekk huwa tajjeb li ninkoraġixxu t-titjib fil-prodott u fis-servizz li jiġi offrut.
L-ACE tkellmet dwar taħriġ li sar ma’ dawk li jaħdmu fis-settur tul il-pandemija tal-COVID-19 meta numru kbir minn dawn l-istabbilimenti kellhom jgħalqu.
Waqt din il-laqgħa l-Assoċjażżjoni tal-Catering saħqet li hekk kif jidħol il-vaċċin f’pajjiżna, jafu li se jkun għad fadal ftit xhur biex l-istabbilimenti joħorġu minn dan iż-żmien diffiċli u jirritornaw lura għan-normal. Huma saħqu li l-industrija mhux se tiġi mall-ewwel kif kienet qabel… pero se ssir ħidma biex dan il-proċess jieħu kemm jista’ jkun żmien qasir.
//= $special ?>