“Qed naraw li pajjiżna, nistgħu nerġgħu nitkelmu u ngħidu, li huwa fost l-aqwa jekk mhux l-aqwa pajjiż li kellu l-handling ta’ din il-pandemija” – Kien dan kliem il-Prim Ministru, Robert Abela waqt il-maratona ġbir ta’ fondi li saret il-Ħadd mill-Partit Laburista – attivita’ li fiha spikkaw l-attakki partiggjani u negattivi mill-ghola esponenti tal-PL.
Robert Abela minn naha tieghu qal li jinsab kuntent ferm bir-riżultat ta’ pajjiżna fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19, anke meta Malta jum wara l-ieħor qed tirreġistra għadd ta’ vittmi kaġun ta’ din l-imxija. Filfatt, dan qalu fl-istess jum li pajjiżna irregsitra tliet vittmi oħra …ghal total ta’ 20 fatalita’ f’sebat ijiem.
Iżda għalih, l-importanti li pajjiżna baqa’ miexi b’normalità assoluta, anke fid-dawl ta’ numru ta’ każijiet posittivi irreġistrati ta’ kuljum.

U dan filwaqt li qal li hu suċċess kif l-ekonomija baqgħet fl-aqwa tagħha, anke meta fl-aħħar ġimgħat rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kkonferma li f’Ottubru kien hemm tnaqqis fl‑Indikatur tas‑Sentiment Ekonomiku meta mqabbel max‑xahar ta’ qabel; possibbilment minħabba ż‑żieda fl‑infezzjonijiet tal‑COVID‑19.
//= $special ?>