Internazzjonali

Turkija: Arresti fost tensjoni kbira mal-Iran

L-awtoritajiet fit-Turkija għadhom kemm ħarġu l-filmati tal-membri tas-servizzi tas-sigurtà qegħdin jarrestaw lil talanqas 11-il persuna, kollha Torok, fuq suspett li huma spjuni għall-Iran.

Akkuża speċifika f’dan il-każ tinvolvi l-ħtif ta’ persuna dissidenti li seta’ isir bis-sehem tal-arrestati li allegatament kienu qegħdin jaħdmu fl-interessi tar-reġim Iranjan.

Dan meta fl-aħħar jiem irrankat sew it-tensjoni bejn il-Gvernijiet ta’ Ankara u Tehran.

Is-servizzi sigrieti tal-MIT arrestaw lil dawn it-Torok waqt sensiela ta’ azzjonijiet li saru b’reazzjoni għall-allegat involviment tal-istess arrestati fl-għajbien ta’ Habib Chaab — dissidenti Iranjan li kien qed jgħix fl-Iżvezja u li f’Ottubru li għadda kien ivvjaġġa lejn il-belt ta’ Istanbul.