Futbol Sport

Valletta jirritornaw għar-rebħ b’rebħa fuq Żejtun fil-ħin miżjud

Rowen Camilleri

VALLETTA………2

ŻEJTUN C………..1

Valletta: Y. Cini, R. Camilleri (M. Alba 37’), T. Caruana, S. Malano, R. Fenech (I. Micallef 65’), J. Zerafa, E. Sala, I, Ruquena (R. Muscat 45’), L. Aguirre, M. Fontanella, T. Marukawa (S. Dimech 9’)

Żejtun C: C. Cassar, L. Moreira, K. Reid, T. Bonfim, C. Grech, G. Bugeja, J. Gomes (A. Carabott 65’), V. Vieira, R. Faria (D. Agius 79’),  N. Tabone, A. De Barros

Imwissija: L.Aguirre 86’ (V), A. De Barros 87’ (Ż)

Skorjaw: M. Fontanella 56’, R. Muscat 92’ (V), V. Vieira 59’ (Ż)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Duncan Sultana and Mark Ciantar

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Vitor Vieira (Żejtun Corinthians) 

BOV Plejer tal-logħba: Vitor Vieira (Żejtun Corinthians)

Wara serje ta’ ħames partiti mingħajr rebħa, Valletta kisbu rebħa xi ftit fortunata meta għelbu lil Żejtun 2-1, bit-tieni gowl jasal fl-aħħar azzjoni tal-partita fil-ħin miżjud. 

L-ewwel azzjoni perikoluża waslet minn Żejtun fit-18-il minuta meta Faria daħal tajjeb fil-kaxxa u tefa’ kross fil-baxx lejn Vieira iżda l-konklużżjoni ta’ dan tal-aħħar ġiet mdawwra f korner minn Cini. Fis-26 minuta azzjoni personali tas-sostitut Shaun Dimech għal Valletta tispiċċa bix-xutt minn barra tal-Internazzjonali Malti tiġi milqugħa minn Cassar. Żewġ minuti wara reġgħu kienu Valletta li marru viċin meta Fontanella ħarab quddiem u qabeż lill-gowlkiper iżda b’lasta vojta tefa’ barra. Man-nofs sija logħob Kemar Reid tefa’ cross-shot perikoluż mix-xellug li għal ftit ma’ sabx lil Faria b’lasta vojta iżda l-Brażiljan ma’ laħaqx il-ballun. Fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima fl-44 minuta Ryan Fenech ittanta xortih minn barra l-kaxxa iżda l-ballun għadda ftit għoli. 

Fit-tieni taqsima Żejtun mill-ewwel ħarġu fl-offensiva u wara minuta logħob Kear Reid għadda lejn Jose Gomes li wara li qabeż plejer xuttja b’saħħtu b’Yenz Cini jkollu jdawwar f’diffikultà f’korner. Tiet minuti wara Vieira għal Żejtun aprofitta minn żball ta’ Ryan Fenech, ħarab u wara li daħħal fil-kaxxa ra x-xutt tiegħu għal darba oħra mdawwar f’korner minn Cini. Fis-56 minuta kontra x-xejra tal-logħob Valletta fetġu l-iskor meta kien Malano li tefa’ ballun fit-tul minn nofs il-ground u sab lil MARIO FONTANELLA li ħarab u wara li sab ruħu wiċċ mb wiċċ ma’ Cassar tefa’ ġewwa. Valletta ftit damu jgawdu l-vantaġġ għax fid-59 minuta Żejtun ġabu d-dro. Kien kross preċiż mil-lemin ta’ Bonfim li sab lil VITOR VIEIRA li bir-ras għeleb lil Cini. Fit-72 minuta Żejtun reġgħu marru viċin wara ħarba tas-sostitut Adrian Carabott li qassam fil-kaxxa lejn Vieira iżda dan tal-aħħar tefa’ inkredibilment barra minn taħt il-lasta. Fl-84minuta Fontanella jidħol fil-kaxxa avversarja u hekk kif ix-xutt tiegħu deher dstinat għal ġo l-angolu Cassar wettaq save tajjeb ħafna bil-ballun jaqa’ f’saqajn Isaiah Micallef li iżda tefa’ barra. Meta kollox kien jidher li l-logħba kienet se tispiċċa fi dro ta’ 1-1, Valletta fl-aħħar azzjoni qabel it-tmiem kisbu l-gowl li ġabilhom tliet punti. Kien pass ta’ Agiurre lejn is-sostitut ROWEN MUSCAT li dan xuttja mill-ewwel fil-baxx u għeleb lil Cassar għal 2-1.