Numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa qed iżidu r-restrizzjonijiet għal kontra l-Covid-19 qabel jirrankaw il-festi tal-Milied. Id-deċiżjonijiet qed jittieħdu wara li l-Ewropa rat spinta ġdida ta’ infezzjonijiet fl-aħħar ġimgħat.
L-Olanda daħlet f’lockdown ta’ ħames ġimgħat u li ma jippermettix li jiftħu l-ħwienet li mhumiex essenzjali, it-teatri u l-gymnasiums.
Il-Ġermanja, intant, qed tħejji għal ‘lockdown mill-aktar riġida’ wara li l-ammont tal-infezzjonijiet fl-artijiet tagħha laħqu livelli rekord.
U għalkemm Franza neħħiet il-lockdown, xorta waħda qed tinsisti bil-miżuri stretti għas-soċjetà peress li r-rata tal-infezzjoni (fil-pajjiż) għadha waħda għolja.
L-Italja, Spanja, Franza u r-Renju Unit huma fost il-pajjiżi li reġistraw l-ogħla numru ta’ każi tal-Covid-19 waqt il-pandemija.
Fl-aħħar ġimgħat, il-gvernijiet madwar il-kontinent kienu qed jikkunsidraw jekk inaqqsux mir-restrizzjonijiet għall-movimenti tan-nies matul il-btajjel tal-Milied. Madankollu, l-aħħar mewġa ta’ infezzjonijiet f’numru ta’ Stati Ewropej wasslu biex l-awtoritajiet rispettivi jwaqqfu l-pjani li seta’ kellhom ‘biex jillaxkaw ir-regoli’.
//= $special ?>