Internazzjonali

Covid-19: Il-vaċċin tal-Moderna hu ‘sikur u effettiv’

Il-kampanja għall-iżvilupp ta’ aktar vaċċini effettivi kontra l-Covid-19 qed tkompli fost l-aħbar, li ħarġet ftit tal-ħin ilu, li l-vaċċin tal-kumpanija Amerikana Moderna huwa ‘sikur minbarra li għandu effettività ta’ 95 fil-mija.’

L-aħbar fetħet għall-awtorizzazzjoni tat-tilqim ta’ emerġenza b’dan il-vaċċin fl-Istati Uniti. Jekk il-vaċċin ta’ Moderna ikun approvat mill-panel tal-Food and Drug Administation, dan għandu jkun it-tieni vaċċin li se jitqassam lill-poplu Amerikan.

Fil-bidu tal-ġimgħa, l-Amerikani madwar il-pajjiż bdew jitlaqqmu bil-vaċċin ta’ Pfizer-BioNTech għal kontra l-coronavirus.

Il-vaċċin tal-Moderna, kuntrarju għall-vaċċin tal-Pfizer, ma jirrikjedix li jinżamm f’temperaturi ta’ friża straordinarja waqt it-trasport mill-art u bil-baħar.