Lokali

COVID-19: Il-vittmi jitilgħu għal 177

Tliet anzjani oħra sfaw vittmi tal-COVID-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 99 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 94 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-9 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 86 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.