Sport Waterpolo

Debutt fic-Champions League tal-LEN għal player internazzjonali Malti Jake Muscat

Debutt fic-Champions League tal-LEN għal player internazzjonali Malti Jake Muscat fil-partita li Jadran Herceg tal-Montenegro kellhom kontra Ferencvaros tal-Ungerija.

Muscat ingħaqad ma’ Jadran aktar kmieni din is-sena bil-kowċ Petar Radanovic jgħati wkoll cans lil plejer ta’ Neptunes li jiddebutta fl-ogħla kompetizzjoni tal-waterpolo fl-Ewropa. Jadran Herceg sfaw megħluba minn Ferencvaros 11 – 2 bis-sessjonijiet mirbuħa kollha mill-Ungeriżi 2 – 0 ; 3 – 0 ; 4 – 1 u 2 – 1 għall-iskor finali ta’ 11 – 2.

Fl-aħħar 20 sekonda tal-partita b’Jadran f’tentattiv biex inaqqsu l-iskor, Jake Muscat kien sfortunat li x-xutt tiegħu spicca mal-lasti. Mid-debutt fl-għola Kampjonat tal-Montenegro fejn Muscat lagħab żewġ sessjonijiet fir-rebħa ta’ 12- 6 fuq Cattaro, l-avversarji li jmiss għal Jadran Herceg huma Waspo98 Hannover tal-Germanja.