Basketball Sport

Giannis Antetokounmpo jiffirma l-iktar kuntratt sinjur fl-istorja tal-NBA

(Ritratt: EPA)

Giannis Antetokounmpo ta’ Milwaukee Bucks fl-NBA ġedded il-kutratt tiegħu mal-klabb b’ħames snin għas-somma ta’ $228.2m. Il-kuntratt ta’ Antetokounmpo huwa meqjus bħala l-aktar wieħed sinjur fl-istorja tal-NBA.

Dan il-kuntratt jaqbeż dak li kien iffirma James Harden ma’ Houston Rockets fl-2017 meta dakinhar kien iffirma kuntratt ta’ $228m. Antetokounmpo qal li jinsab kuntent ferm li ġedded il-kutratt tiegħu ma’ Milwaukee.

Antetokounmpo li għandu 26 sena rebaħ l-MVP għat-tieni staġun konsekuttiv f’Settembru li għadda u rebaħ ukoll l-Aqwa Plejer Difensiv tas-Sena. L-istaġun tal-NBA mistenni jibda fit-22 ta’ dan ix-xahar.