Wara li l-kumitat ta’ Sirens iddeċieda li jtemm il-kuntratt ta’ Steve D’ Amato bħala kowċ huma ħatru lit-Taljan Giovanni Tedesco bħala l-kowċ il-ġdid tal-klabb minn San Pawl il-Baħar.
Tedesco m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni f’pajjiżna fejn mexxa bosta timijiet. Hu ġie l-ewwel darba f’Malta fl-istaġun 2014/2015 fejn mexxa lil Floriana qabel ma ssieħeb ma’ Birkirkara. Fl-2016 ħalla pajjiżna fejn mar fi Sqallija jmexx lil Palermo qabel ma fl-istaġun sussegwenti reġa ġie f’pajjiżna fejn mexxa lil Floriana għat-tieni darba. Tedesco kellu wkoll esperjenzi qosra ma’ Ħamrun Spartans u Gżira United qabel ma’ aktar kmieni din is-sena ħalla pajjiżna fejn mar fl-Emirati Għarab Magħquda jmexxi lill-klabb ta’ Al Bataeh.
Sirens jinsabu fil-ħdax -il post tal-klassifika bi 15 -il punt u b’partita anqas.
//= $special ?>