Il-Bord irid jerfa’ r-responsabilitá dwar dak deċiż minnu.
Hekk ġie spjegat permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-Gvern wara li ħareġ jattakka d-deċiżjoni tal-Bord li qed imexxi l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia – aktar minn 24 siegħa wara li l-istess bord ħareġ digriet biex l-inkjesta għalissa ma tagħlaqx.
Il-Gvern sostna li l-bord ħa fuqu nnifsu din is-setgħa li jestendi t-terminu tal-inkjesta indefinitivament. Dan kollu wara li t-Tnejn, ġie spjegat mill-bord li kellhom bżonn aktar ħin sabiex jikkonkludu xogħolhom u għaldaqstant l-inkjesta kellha titkompla lil’hinn miż-żmien stipulat wara li kienet diġà ġiet estiża minn Settembru, din tal-aħħar fi qbil mal-Prim Ministru.
Dan filwaqt li l-bord spjega li ma kienx ser ikun qed jaċċetta pressjoni żejda jew interferenza hekk kif l-Imħallef Michael Mallia, iċ-ċhairman tal-bord sostna li t-tfittxija għall-verità m’għandu qatt ikun suġġett għal termini u kundizzjonijiet bil-għan li ssir ġustizzja.
Dan b’referenza għad-diskors li ntqal mill-Prim Ministru Robert Abela fejn insista li l-bord tal-inkjesta diġà kienet ingħatat biżżejjed żmien biex teżegwi l-mandat tagħha.
B’reazzjoni għal dan, il-bord talab li l-awtonomija u l-indipendenza tal-ġustizzja għandha tiġi rispettata bil-għan li l-proċess jitkompla u sussegwentament jintemm b’mod seren.
//= $special ?>