Żagħżugħ Ingliż ta’ 21 sena qed jissielet għal ħajtu wara li lbieraħ filgħaxija safa’ aggredit.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.15p.m. fi Triq l-Għabex f’Birkirkara fejn il-Pulizija sabet raġel f’daħla ta’ garaxxijiet li kien qed isofri minn ġrieħi.
Skont l-ewwel stħarriġ, iż-żagħżugħ kien aggredit minn numru ta’ persuni li rnexxielhom jaħarbu minn fuq il-post qabel il-wasla tal-Pulizija. Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lill-vittma li ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard, ir-raġel kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak kien informat bil-każ u fetaħ inkjesta, assistit minn numru ta’ esperti.
Il-Pulizija tad-Distrett u mis-sezzjoni tar-Reati Maġġuri għaddejjin b’iktar stħarriġ u bi tfittxija għall-aggressuri
//= $special ?>