Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna fil-parlament li wara x-xhieda ta’ Keith Schembri fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia issa hu magħruf li r-raġuni wara l-elezzjoni bikrija tal-2017 ma kinitx il-kitba ta’ Daphne Carauna Galizia fuq Egrant.
Jason Azzopardi appella għal iktar sensittività mill-qrati meta jisimgħu każi ta’ vjolenza domestika u sostna li issa waqgħet il-maskra tal-PL li welled l-ikbar gidba meta issa sar magħruf u hemm konferma li r-raġuni tal-elezzjoni bikrija tal-2017 mhux veru kienet Egrant.
Joseph Muscat kien welled gidba għaliex issa hu konfermat li kien fi Frar 2017 li kien deċiż li ssir l-elezzjoni. Dak iż-żmien Muscat kien imbarka fuq kampanja qawwija kontra Daphne Caruana Galziia.
Il-PL għandu jagħmel apoloġija li gideb lill-PL u li ddemonizza ġurnalista. Joseph Muscat gideb sa ġimgħatejn ilu meta xehed fil-qorti li sejjaħ l-elezzjoni fl-2017 minħabba Egrant. Kien Keith Schembri stess li kkonferma lir-raġuni ma kinitx Egrant għaliex id-deċiżjoni kienet ittieħdet fi Frar.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li Frar 2017 Daphne Caruana Gaizia ippubblikat l-isem ta’ 17 Black; Joseph Muscat kien ilu jaf min kien is-sid ta’ 17 Balck minn sena qabel. Din kellha konnessjonijiet b’tixħim ma’ Keith Schembri u Konrad Mizzi u kumpanija sigrieta f’Dubaj.
Għall-ewwel darba saret ammissjoni minn Keith Scehmbri li fi Frar jew Marzu 2017 ittieħdet deċiżjoni ta’ elezzjoni bikrija waqt il-Pesidenza tal-UE. Dan kien xahar wara li bdiet il-Presidenza; sena u fuqhom qabel iż-żmien.
Hu stabbilit li lejn l-aħħar ta’ Marzu u l-bidu ta’ April 2017 Melvin Theuma ngħata l-inkarigu biex jikkuntratta l-qtil ta’ Caruana Galizia.
Issa hu stabbilit ukoll li Keith Schembri kien jaf f’Mejju 2017 kellha leak ta’ iktar minn 600,000 dokument minn ġo fiha. L-azzjonist ewlieni tal-Electrogas xehed li huma saru f’Diċembru 2017. Dawn id-dokumenti waslu għand Daphne Caruana Galizia.
Daphne Crauan kitbet fuq Egrant fl-20 ta’ April 2017 u għalhekk id-deċiżjoni tal-elezzjoni ġenerali tal-2017 ittieħdet qabel kitbet Daphne Caruana Galizia. Dan juri li d-deċiżjoni tal-elezzjoni 2017 ma kinitx il-kitba dwar Egrant, sostna Jason Azzopardi, li kompla li l-pjan tal-PL kien li jiddemonizza lil Daphne Caruana Galizia. Hu qal li Robert Abela għandu jiddistakka ruħu mill-gidba ta’ Joseph Muscat.
Jason Azzopardi qal li Joseph Muscat gideb fil-pubbliku u fl-inkjesta; il-PL rebaħ l-elezzjoni tal-2017 b’ingann. Il-Prim Ministru għandu jagħmel apoloġija wara l-gidba ta’ Joseph Muscat fuq l-elezzjoni ġenerali tal-2017, sostna Jason Azzopardi.
//= $special ?>