L-internazzjonali Malti ta’ 17-il sena, Jake Muscat illum se jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu fl-aktar kompetizzjoni prestiġjuża fuq livell ta’ klabbs tal-water polo fl-Ewropa, il-LEN Champions League. Muscat se jkun qed jiddebutta f’din il-kompetizzjoni f’età daqshekk żgħira, wara li fil-ġimgħat li għaddew hu ffirma kuntratt ta’ sena mal-klabb rinomat fil-Montenegro, PVK Jadran.
Dan il-klabb mhux biss hu meqjus bħala forza kbira fil-Montenegro, iżda anke ukoll fl-Ewropa, tant li fl-istaġun 2018/19, PVK Jadran kienu waslu sal-finali tal-LEN Euro Cup, it-tieni l-akbar kompetizzjoni fl-Ewropa fuq livell ta’ klabbs, iżda kienu ħarġu telliefa.
Illum fl-4:30pm, PVK Jadran ta’ Muscat jilgħabu l-ewwel partita f’Grupp B tar-rawnd preliminari tal-LEN Champions League kontra FTC Telekom Budapest tal-Ungerija. Muscat mistenni jkun parti mill-iskwadra tal-kowċ Petar Radanovic.
Muscat hu wieħed mit-talenti l-kbar tal-water polo Malti, mhux biss preżenti iżda ta’ kull żmien. Għalkemm għandu 17-il sena, hu jifforma parti integrali mit-tim ta’ Neptunes, fejn tagħhom hu prodott u għadu kemm temm Kampjonat tas-sajf f’Malta li kiene wieħed mill-aktar pożittiv għaliħ anke jekk ir-reds ma rnexxilhomx jirbħu l-Kampjonat.
Sabiex issegwi lil Muscat fl-azzjoni, f’xandira diretta, agħfas hawn fil-ħin li tibda l-parita, fl-4:30pm.
//= $special ?>