Matul il-jiem li għaddew kien għaddej kamp ta’ taħriġ għat-tim nazzjonali Malti tal-futsal immexxi mill-kowċ Zeljko Anici li sar fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.
F’dawn il-jiem, Anicic kellu ċ-ċans jara aktar mill-viċin lill-plejers tiegħu fejn fosthom kien hemm xi elementi żgħażagħ li ġew mgħajta għall-ewwel darba. Għalihom din kienet esperjenza importanti hekk kif xi wħud minnhom jittamaw li jiġu msejħa għall-impenji futuri tat-tim nazzjonali. Dan kien it-tieni kamp ta’ taħriġ li organizza Zeljko Anicic wara dak li sar f’Settembru li għadda.
It-tim nazzjonali Malti kellu lagħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra selezzjoni ta’ plejers barranin li huma reġistrati ma’ klabbs lokali, fejn f’dawn il-logħbiet, Anicic għażel li jilgħab b’bosta plejers ġodda u għalkemm it-tim tilef iż-żewġ konfronti, ħarġu ħafna affarijiet pożittivi.
Fl-ewwel logħba, is-selezzjoni tal-FMA rebħet bl-iskor ta’ 4-3. Il-Maltin marru minn fuq permezz ta’ doppjetta ta’ Karl Sciortino għalkemm is-selezzjoni tal-FMA ġabu d-dro permezz ta’ Gia Nikashvili u Maicon. Denzil Pisani reġa’ poġġa lill-Maltin fil-vantaġġ għalkemm Maicon u Nikhasvili ssiġġillaw doppjetta personali u rebħa għat-tim tagħhom.
Fit-tieni partita, is-selezzjoni tal-FMA reġgħet ħarġet rebbieħa bl-iskor ta’ 5-1.
Kien Melvin Borg li poġġa lill-Maltin fil-vantaġġ iżda s-selezzjoni tal-FMA dawru r-riżultat favurihom grazzi għad-doppjetta ta’ Emil Raducu b’Evandro, Mija Spasic u Denis di Maio jżidu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Laqgħat bejn l-Assoċjazzjoni Maltij tal-Futsal u l-klabbs
Il-kumitat maħtur fi ħdan il-Futsal Malta Association beda serje ta’ laqgħat mal-klabbs lokali sabiex jikkomunika l-viżjoni tiegħu filwaqt li jisma’ wkoll x’inhi l-opinjoni tagħhom fuq temi li jqumu minn żmien għal żmien.
L-FMA qed taħdem fuq pjan li hu bbażat b’mod partikolari sabiex ikun hemm żvilupp fis-settur taż-żgħażagħ kif ukoll fil-marketing u l-infrastruttura. Din l-assoċjazzjoni qed taħdem id f’id mal-MFA Futsal and Beach Soccer Department bl-għan li jiġi organizzat fil-kategorija ta’ taħt id-19-il sena sa mill-istaġun li ġej.
Lejn l-aħħar ta’ din il-ġimgħa tintlagħab it-tieni ġurnata tal-kampjonat nazzjonali tal-futsal. Iċ-champions attwali Luxol St Andrews għandhom għadma iebsa hekk kif jilagħbu kontra l-Universita’ ta’ Malta filwaqt li Valletta joħduha kontra wieħed mit-timijiet il-ġodda f’dan l-istaġun Żurrieq.
Il-Ġimgħa: De La Salle: Ta’ Xbiex vs Ibraġġ Futsal 7.30pm Skola Nazzjonali Pembroke: Luxol vs Universita’ ta’ Malta 8.45pm Is-Sibt: De La Salle: Naxxar Lions v Marsaskala 2.30pm Futsal Skola Nazzjonali Pembroke: Valletta v Żurrieq 4.45pm, Swieqi v Qormi 6.45pm
//= $special ?>