Lazio rkupraw mid-diżappunt tat-telfa tal-Ħadd li għadda kontra Verona, Benevento kisbu punt importanti sabiex bil-punt miksub telgħu fit-12 il-post bi tnax il-punt daqs Bologna.
Fil-25 minuta Lazio fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Sergej Milinkovic Savic kien CIRO IMMOBILE li għeleb lil Lorenzo Monipo. Reazzjoni minn Benevento li minuta minn tmiem l-ewwel taqsima kisbu l-gowl tad-draw b’PASQUALE SCHIATTARELLA jgħeleb lil Pepe Reina . L-istess plejer spiċċa tkeċċa fil-ħin miżjud.
F’Dacia Arena – Stadio Friuli, draw ta’ 0 – 0 bejn Udinese u Crotone. Riżultat li permezz tiegħu Crotone fl-aħħar post fil-klassifika laħqu lil Genoa u Torino b’sitt punti – iżda lgħabu partita aktar. Bil-punt miksub Udinese telgħu fl-10 post fil-klassifika b’14 il-punt minn ħdax il-partita.
SERIE A
Illum: Udinese v Crotone 0-0, Benevento v Lazio 1-1 Ilbieraħ: Juventus v Atalanta 6.30pm, Fiorentina v Sassuolo 8.45pm, Genoa v Milan 8.45pm, Verona v Sampdoria 8.45pm, Inter v Napoli 8.45pm, Parma v Cagliari 8.45pm, Spezia v Bologna 8.45pm
//= $special ?>