Tard it-Tlieta filgħodu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma uffiċjali tal-Pulizija ġew msejħa fi Triq Giovanni Barbara fil-Ħamrun.
Dan wara li li xi nirien ħakmu appartament. Grazzi għall-intervent f’waqtu tal-pumpiera u uffiċjali tal-Pulizija, residenti li jgħixu fl-appartament ġew ewakvati minn djarhom filwaqt li fortunatament in-nirien ġew ikkontrollati.

Fil-post ġie msejjaħ ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu persuna l-Isptar Mater Dei għal aktar kura minħabba li belgħat xi dħaħen.
S’issa mhux magħruf x’wassal sabiex tkebbsu l-fjammi.

