Chelsea tilfu ċ-ċans li jitligħu l-ewwel meta sfaw megħluba 2-1 minn Wolves. Ebda gowl matul l-ewwel taqsima . Fid-49 minuta minn azzjoni ta’ Benjamin Chilwell, OLIVIER GIROUD għeleb lil Rui Patricio sabiex poġġa lil Chelsea fil-vantaġġ. Fis-66 minuta l-iskor sar 1–1 meta minn azzjoni ta’ Ebeguowen Otasowie, kien DANIEL PODENCE li għeleb lil Edouard Mendy. Fil-ħames minuta ta’ ħin miżjud fl-aħħar azzjoni tal-partita minn pass ta’ Vitinha kien PEDRO NETO li mill-ġdid għeleb lil Mendy għal rebħa drammatika.
Manchester City kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 f’darhom minn West Brom. Fit-30 minuta, Manchester City fil-vanaġġ. Minn azzjoni ta’ Raheem Sterling kien IKAY GUNDOGAN li għeleb lil Sam Johnstone. Reazzjoni minn West Bromwich Albion li żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ SEMI AJAYI bil-ballun imxellef minn Ruben Dias li għeleb lil Ederson Moraes.
PREMIER LEAGUE
Illum: Wolves v Chelsea 2-1, Man City v WBA 1-1, Għada: Arsenal v Southampton 7.00pm, Leeds v Newcastle 7.00pm, Leicester v Everton 7.00pm, Fulham v Brighton 9.00pm, Liverpool v Tottenham 9.00pm, West Ham v C. Palace 9.00pm Il-Ħamis: Aston Villa v Burnley 7.00pm, Sheff. Utd v Man Utd 9.00pm