Sport Sport Ieħor

Riccardo Ricco sospiż għall-għomru mill-isport

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Taljan Riccardo Ricco kien sospoż għall-għomru minn kull forma ta’ sport wara li kien diġa qed iservi sospensjoni ta’ 12 -il sena wara li kien marad serjament wara li għamel trasfużjoni tad-demm huwa stess.

In-NADO, l-aġenzija Taljana ta’ kontra d-doping wasslet għal din is-sospensjoni fit-tul wara investigazzjoni li ila għaddejja mill-2015. Ricco rebaħ tliet stadji fil-Giro d’Italia tal-2008 fejn kien ukoll temm fit-tieni post fil-klassifika ġenerali.

Ħafna ċiklisti jagħmlu dan il-proċess sabiex jżidu ċ-ċelloli tad-demm ħomor li jgħinu lil ġisem jirkupra aktar malajr. Lance Armstrong fl-2013 kien ametta li għamel trasfużjoni tad-demm fis-seba’ Tour de France li kien rebaħ matul il-karriera tiegħu, fejn kienu tneħħewlu kollha u bħal Ricco kien sospiż għal għomru fejn sa llum għadu qed ikun investigat l-apell tiegħu quddiem l-UCI.