Lokali

Sewwieq ta’ mutur gravi wara inċident fil-Mellieħa

Ritratt: Martin Agius

Sewwieq ta’ mutur Ġermaniż residenti l-Mellieħa, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar fi Triq l-Assedju l-Kbir, meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 37 sena tilef il-kontrol tal-mutur, tat-tim Husqvarna, bil-konsegwenza li waqa’.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi fejn ittieħed l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.