Kunsilli Lokali Lokali

Approvata mozzjoni tal-PN biex isir Night Shelter f’Ħal Qormi

Tul l-aħħar jiem il-Minority Leader tal-PN fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, Jerome Caruana Cilia, preżenta mozzjoni biex il-Kunsill Lokali jibda l-ħidma biex flimkien mal-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Gvern Ċentrali tkun identifikata art jew spazju fejn jista’ jinbena jew isir night shelter għall-anzjani.

Sar qbil ukoll biex issir pressjoni fuq il-Gvern Ċentrali sabiex jaħdem qatigħ ħalli jinbeda l-proċess minnufih u jara l-possibbiltà ta’ użu mill-Fondi Ewropej.

Tul l-istess laqgħa l-Kunsill Lokali Qormi ddiskuta li jekk il-Kunsill Lokali jħoss li jkun hemm bżonn, jinħoloq working group għal dan il-għan.

Il-mozzjoni tal-PN kienet issekondata minn Sean Apap Meli.