Sport Sport Ieħor

Id-deċiżjoni dwar l-appell tar-Russja mistenijja għada

Id-deċiżjoni dwar l-appell tar-Russja fuq is-sospensjoni ta’ erba’ snin minn kull avveniment tal-isport se tkun qed tittieħed għada mill-Qorti tal-Arbitraġġ fl-Isport.

Jekk id-deċiżjoni tinqata’ kontra r-Russja jkun ifisser li dan il-pajjiż mhux se jitħalla jipparteċipa fil-Olimpjadi tas-sajf li ġej u fit-Tazza tad-Dinja tal-2022. Il-WADA kienet sabet lir-Russja ħatja ta’ manipulazzjoni ta’ riżultati tad-doping.

Ir-Russja ila sa mill-2015 ma tikkompeti f’avvenimenti tal-atletika bil-CAS isostni li dawk l-atleti li jikkonvinċu li kkompetew mingħajr ma ħadu sustanzi lleċiti biss se jitħallew jikkompetu fl-Olimpjadi ta’ Tokjo.