Kultura Lokali

Il-ftira Maltija – l-ewwel ikla Maltija fil-lista tal-UNESCO

Ħafna jħobbu jmorru jieħdu xi ftira mħawra bl-aqwa mod fejn il-baħar fuq il-blat jew fil-pjazza tar-raħal, jew f’xi ħanut li għandu isem li jagħmel ftajjar mill-aqwa….

Issa l-ftira Maltija se tkun l-ewwel element lokali fil-lista tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-UNESCO. Il-ftira tal-Maltin tinħadem b’mod tradizzjonali u hija mfittxija minn ħafna, b’bosta jkunu innovattivi fil-mod kif din il-ftira titħawwar billi din tkun imżewqa bl-aqwa ingridjenti…  issa l-ftira spiċċat f’din il-lista tal-UNESCO.

F’post fuq Facebook il-Kap tal-PN Bernard Grech esprima l-ferħ għal din l-aħbar u qal li bejn biċċa xogħol u oħra… sab ftit ħin biex jiċċelebra din l-aħbar bl-aqwa mod… bi ftira lokali….

L-għażla tal-ftira biex tkun mehmuża għal din il-lista… saret b’deċiżjoni tan-nies. Infatti ħafna fuq il-midja soċjali qalu li dan huwa pass kruċjali għal dak kollu li jsaħħaħ l-identità Maltija.. b’ħafna jinsistu li huwa kruċjali li ħafna jifhmu l-kultivazzjoni ta’ dak kollu li hu Malti u li nżommu dak li hu tagħna ħaj.