Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Il-Ġermanja tintroduċi restrizzjonijiet ġodda fost żieda fil-każijiet

Il-Ġermanja daħlet f’lockdown strett li permezz tiegħu se jingħalqu l-iskejjel u n-negozji mhux essenzjali f’tentattiv biex titwaqqaf iż-żieda qawwija fl-infezzjonijiet tal-COVID-19. Fl-aħħar sigħat il-pajjiż irreġistra 500 fatalità u 14,432 każ f’temp ta’ 24 siegħa.

Il-miżuri li daħlu fis-seħħ se jibqgħu sal-10 ta’ Jannar. Dan apparti fil-Milied fejn ir-retrizzjonijiet se jkunu rilassati momentarjament biex persuni jkunu jistgħu jilqgħu f’darhom jonqos sa erba’ membri tal-familja li jkunu jgħixu f’dar separata.

Taħt il-miżuri l-ġodda tal-Ġermanja ser jibqgħu miftuħin biss negozji essenzjali bħal supermarkets u banek. Ir-ristoranti, il-bars u ċ-ċentri tad-divertiment ilhom magħluqa minn Novembru u se jibqgħu hekk tal-anqas sa’ nofs Jannar tas-sena 2021.

Dan kollu se jfisser, li għall-ewwel darba fl-aħħar snin, il-famużi ‘German Markets’ mhux se jkunu bħal snin oħra hekk kif huwa projbit li tixrob alkohol barra apparti restrizzjonijiet oħrajn.

Il-Gvern Ġermaniż qed iħeġġeġ lil min iħaddem biex jippermetti lill-impjegati jaħdmu mid-dar.