Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartlo sostna fil-parlament li dan hu Gvern iffissat li jimmanipula ċifri tal-problema fid-djar soċjali biex jidher tajjeb u sostna li dak il-kambjament pożittiv li jitkellem dwaru l-gvern ma jidhirx fis-soċjetà. Hawn bnedmin li għandhom bżonn l-għajnuna u vuċi għax min qed jaqa’ lura, jibqa’ jaqa’ lura.
Ivan Bartolo sostna li l-gvern jakkuża lill-PN li juża l-vulnerabbiltà ta’ persuni li għandhom bżonn ta’ akkomodazzjoni soċjali u jużahom bħala ballun politiku u li hu, bħala deputat tal-PN, huwa kontra l-investiment fil-batut u ż-żgħir u li ntilef f’konfużjoni ta’ numri biex iħawwad l-imħuħ.
Ħadu għalihom għax għedna l-verità, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-Gvern iddikjara li l-lista ta’ stennija llum b’aktar minn 800. “Imma ma qalulnix kif din niżlet; għax jekk eżempju ma tweġibx ittra li tkun irċevejt mingħand l-Awtorità, dawn jaqtgħuk barra”, sostna Ivan Bartolo.
Il-fatti huma li l-inqas numru ta’ stennija li qatt kien hemm fil-housing kien fl-2009, bi kliem il-Ministru stess meta kien fl-Oppożizzjoni fl-2010. Kien Rodrick Galdes stess li qal li:“Hu inkwetanti l-fatt li l-1600 li kien hemm fuq il-waiting list is-sena li għaddiet, illum telgħu għal 2800.”
Rodrick Galdes stess iddikjara l-ġimgħa li għaddiet “li soltu kien ikun hemm madwar 3,200 applikazzjoni llum dawn niżlu għal 2,400” u li l-lista ta’ stennija hija fost l-inqas f’20 sena, b’ 2,400. Fl-2012 Ga;des kien qal: “Anke meta nitkellmu fuq il-waiting lists, ħafna drabi l-Ministru tagħtina informazzjoni li l-waiting list tqarreb l-2,000. Fir-realtà ma naħsibx li din hija minnha għax il-waiting list tqarreb it-3,000 minħabba li mhux qed jiġu kkalkulati n-nies li jingħataw is-sussidju tal-kera.” Mela allura jekk llum il-lista ta’ stennija hija iktar minn 2,400, dawk li jieħdu s-sussiddju tal-kera jammonta ferm aktar milli jixtieq Rodrick Galdes.
Fil-25 ta’ Ottubru 2017 Rodrick Galdes kien qal: L-Oppożizzjoni qaltilna li trid li l-Gvern ikompli jżid is-sussidju lil min qed jikri mill-privat. Tajba din! Bħalissa qed nagħtu sussiddju ta’ €166 fix-xahar, lil dawn il-familji u allura l-Oppożizzjoni x’qed tgħid? Li għandna nibdew nagħtuhom sussidju ta’ €400 jew €500 fix-xahar?! Tafu xi jkun ifisser dan għal pajjiż bħala spiża?
Fil-fatt grazzi għall-Oppożizzjoni, is-sussidju tal-kera kellu jitjieb. Ma kellux triq oħra. Qatt ma rajt daqs illum taħwid fin-numri u fil-ħsibijiet. Daqqa jgħidulna li hemm mod u f’daqqa waħda il-lista tinżel drastikament. Fil-fatt għadni sal-lum nipprova nifhem u nsaqsi kif jinqatgħu in-nies mill-lista ta’ stennija, sostna Ivan Bartolo.
Minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari jirriżulta li minn Jannar 2020 sa Lulju il-lista pendenti niżlet b’131, fejn min dawn 51 applikant ingħataw allokazzjoni. Nistaqsi u t-80 l-oħra x’sar minhom? Fl-2013 kien hemm 2800 talba pendenti u fit-3 ta’ Ottubru 2018 kien hemm 3291. Hemm ukoll 549 talba oħra biex l-inkwilini ibiddlu l-post tagħhom ma’ post ieħor.
F’Mejju 2019 kien hemm 3113, f’Jannar 2020 – 2920, f’Marzu 2020 – 2604, f’Mejju 2020 – 2197, f’Ġunju 2020 – 2577, f’Lulju 2020 – 2105 u f’Ottubru 2020 – 2400.
Met nitkellmu dwar il-lista tal-housing mhux qed nitkellmu dwar il-ġebel, iżda wara kull applikazzjoni hemm bniedem, sostna Ivan Bartolo, li kompla li r-ruħ soċjali tal-gvern taret mar-riħ. Fil-fatt dan kien qalulhom ukoll l-ex-Prim Ministru Mintoff fl-1997.
Issa forsi qabel l-elezzjoni li jmiss, jibdew iqassmu l-units, grazzi għal fondi tal-Unjoni Ewropea; imn’alla kienet l-Ewropa għal dawn il-units u mhux il-partnership, li skond intom rebaħ. Ihom is-snin jitkellmu dwarhom.
Ivan Bartolo kompla li l-Iżvezja bejn l-1965 u l-1974 għamlu dak li ġie msejjaħ il-Millenium Project, fejn iddeċidew li jagħmlu miljun post soċjali ġdid; dawn l-1,700 li ilhom isemmu, min qed jgħix fil-karozzi u jiġri minn post għall-ieħor, jibqa jistenna, ż-żigarella tinqata’.
Hu tkellem dwar il-lifts u qal li fis-snin 90, fejn tidħol kwistjoni ta’ installazzjoni tal-lifts kien hemm madwar 99 blokka li fihom ġew installati lifts. Mill-2002 sal-2009 ġew installati lifts f’98 blokka. Kien hemm ukoll 110 blokk ieħor fejn ġew installati l-lifts mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar li llum hu xolt u inkorporat mal-Awtorità tad-Djar.
Kien hemm ukoll 33 dar fejn jgħixu persuni b’diżabbiltà li fihom ukoll ġie installat lift. Dan iġib total ta’ 241 blokk ta’ bini li fihom ġie nstallat lift f’7 snin; medja ta’ 30 lift kull sena. Mill-2017 sal-lum l-Awtorità tad-Djar installat 64 lift ġdid f’binjiet ta’ housing soċjali.
Imma jekk tgħidilhom il-verità, dawn jispiċċaw jieħdu għalihom. Dan hu Gvern iffissat li jimmanipula ċ-ċifri, biex jidher tajjeb. “If any of you cannot take the heat, get out of the bloody kitchen”, appella Ivan Bartolo, li sostna li jittama li kien ċar biżżejjed u li min għandu widnejn biex jisma’; jisma’.
//= $special ?>