Internazzjonali Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew approva l-baġit 2021-2027

15 biljun ewro f’żidiet għall-programmi ewlenin tal-UE

L-Erbgħa, il-Parlament Ewropew approva l-baġit tal-Unjoni Ewropea li se jidħol fis-seħħ mill-2021 sa l-2027.

It-test maqbul mal-Kunsill fl-10 ta’ Novembru dwar il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021–2027 ġie approvat b’548 vot favur, 81 kontra u 66 astensjoni.  It-test maqbul mal-Kunsill dwar il-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) ġie approvat b’550 vot favur, 72 kontra u 73 astensjoni.

B’hekk, dan il-vot wassal biex:

  • Jissiġilla l-ftehim tal-Kunsill Ewropew
  • Il-MPE nnegozjaw żidiet kbar għal programmi ewlenin tal-UE bħal Saħħa, Orizzont (Riċerka), Erasmus + għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE
  • Pjan direzzjonali legalment vinkolanti li jintroduċi sorsi ġodda ta’ dħul tal-UE
  • Rwol tal-Parlament fl-iskrutinju tal-finanzjament ta’ rkupru msaħħaħ
  • Dispożizzjonijiet aktar b’saħħithom għall-bijodiversità u l-ugwaljanza bejn is-sessi

Dan il-qbil se jwassal għal 15 biljun ewro f’żidiet għall-programmi ewlenin tal-UE, liema żieda hija r-riżultat tal-isforzi ta’ negozjar tal-Parlament biex tingħata spinta lill-10 programm ewlieni ewlenin tal-UE matul is-seba’ snin li ġejjin biex iċ-ċittadini jiġu protetti aħjar mill-pandemija tal-COVID-19, jiġu pprovduti opportunitajiet lill-ġenerazzjoni li jmiss, u jiġu ppreservati l-valuri Ewropej. 

Bis-saħħa ta’ dan il-kompromess, f’termini reali, il-Parlament Ewropew ittripplika l-pakkett għall-EU4Health, żgura l-ekwivalenti ta’ sena addizzjonali ta’ finanzjament għal Erasmus u żgura li l-finanzjament għar-riċerka jkompli jiżdied.