Approvati l-estimi finanzjarji
Il-Parlament aġġorna għall-vaganzi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena 2021 u issa se jerġa’ jiltaqa’ fil-11 ta’ Jannar 2021.
Tul is-seduta ttieħdu l-voti fuq l-estimi finanzjarji u sar id-dibattitu parlamentari dwar l-Estimi tal-Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ix-Xjenza u t-Teknoloġija. Il-budget kien approvat bi 36 vot favur u 26 kontra f’seduta li bdiet fis-2 p.m u ntemmet fis-6.30 p.m.
Fi tmiem is-seduta d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne Fearne aġġorna l-Kamra u ngħataw l-awguri ta’ tmiem is-sena.
//= $special ?>