Kunsilli Lokali Lokali

Is-Sindku Laburista ma jridx jagħmel apoloġija

Waqt l-laqgħa pubblika tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, il-minority leader fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit, f’isem il-kunsilliera tal-PN, ikkundannat u ddissassoċjat ruħha minn tgħajjir li s-Sindku għamel fu ir-residenti, u talbitu jagħmel apoloġija pubblika.

Ftit tal-ġimgħat ilu, is-Sindku Laburista Dominic Grech għamel kumment ta’ tgħajjir lir-residenti wara li ġibdu l-attenzjoni tas-Sindku fuq s-social media li xogħolijiet fl-outdoor gym, ma kienux saru sew. Fir-risposta tieghu, is-Sindku għajjar lir-residenti ‘moaners’ jigifieri ‘nies li jeqirdu’. 

It-tlett kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, Alessia Psaila Zammit, Julian Borg u Francine Farrugia kienu lkoll ikkundannaw immedjatament dan l-aġir fuq s-social media u saret talba biex s-SIndku jagħmel apoloġija pubblika. Din l-kundanna ghat-tgħajjir mis-Sindku u talba ghall-apoloġija pubblika reġgħet ġiet mtennija mill-Minority Leader, Alessia Psaila Zammit, f’isem ukoll Julian Borg u Francine Farrugia, waqt il-laqgħa pubblika tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li saret it-Tnejn li għadda.

Fl-interventi tiegħu, is-Sindku infexx biss f’tgħajjir fil-konfront tal-minority leader, Alessia Psaila Zammit u m’għamel ebda apoloġija pubblika lir-residenti għall-kummenti dispregattivi fil-konfront tar-residenti tas-Siġġiewi.