Lokali Qorti

Jitfa’ ġebla f’biċċa drapp bil-fjuwil u jagħti n-nar fil-Belt Valletta

Sewwieq ta’ sccoter elettriku, liebes hoodie u backpack, huwa s-suspettat ta’ sensiela ta’ ħruq tal-Belt Valletta, jitfa ġebla f’biċċa drapp imgeżwra u jqabbad il-fjuwil biex iqanqal aktar il-fjammi.

Dettalji dwar is-suspettat u l-istil partikolari tal-operazzjoni tiegħu ħarġu waqt l-ewwel smigħ tal-kumpilazzjoni tal-provi kontra Brentley Pace, storekeeper ta’ 21 sena li qed iwieġeb mhux ħati ta’ erba’ attakki ħruq fil-kapitali, li l-aħħar wieħed minnhom kien fil-mira tas-sindku, li kienet karozza BMW.

Fil-proċeduri xehed l-Ispettur Prosekutur Saviour Baldacchino, li ta rendikont pass pass ta’ kif l-investigaturi rnexxielhom jgħaqqdu l-provi, mill-ewwel attakk immirat lejn il-bieb li jagħti għall-bini ta’ Triq San Pawl użat bħala ħwienet, lura f’April.

F’dik l-okkażjoni, il-Pulizija ma ssuspettat xejn ħażin. Iżda wara nirien oħra li nqalgħu fis-27 ta’ Lulju fi Triq il-Funtana, viċin il-Post ta’ Sant’Iermu, qerdu Peugeot 3008 u tliet muturi pparkjati fil-viċin, qajmu suspetti tal-Pulizija u l-investigazzjonijiet ħadu xejra differenti.

Xehed ukoll is-sid ta’ dik il-vettura Peugeot, waqt li fakkar kif dik il-lejla għall-ħabta tal-10.00pm, kien ilu jara t-televiżjoni f’post ta’ ħabib meta flash ta ’ dawl barra, qajjimlu suspett u bdiet tgħorku għajnejh għax mit-tieqa li kienet tħares lejn it-triq taha n-nar. Għall-ewwel huwa ħaseb li kien xi logħob tan-nar tal-festa.


Iżda ftit wara, sema’ splużjoni qawwija u ġera barra, u r-raġel sab il-karozza tiegħu maħkuma minn nar qalil li nfirex fuq tliet muturi pparkjati fil-viċin. Il-karozza kienet total loss huwa qal.

“Qatt ma dejjaqt lil ħadd. Nixtieq inkun naf għaliex? ” qal is-sid ta’ Peugeot perpless fil-Qorti. Xhud ieħor, is-sid ta’ waħda mill-muturi, Hyosung Mirage mixtri madwar sena u nofs ilu għal €3,700, fakkar kif ir-rota kienet “ imdewwba mal-art “.

Ħarqa oħra seħħet f’Awwissu, immirata lejn vettura Citroen li kienet ipparkjata fil-post fi Triq il-Lvant ġimgħa qabel. Xahar wara, BMW 520d li kienet tas-sindku Alfred Zammit, saret fjamm u dan kien fl-24 ta’ Settembru, għall-ħabta ta’ nofsillejl.

L-Ispettur Baldacchino, mill-Major Crimes Unit, spjega kif filmati rkuprati mill-kameras tas-CCTV kif ukoll mis-sistema CVA tal-belt kienu ppermettewhom jgħaqqdu flimkien il-biċċiet tal-puzzle.

Meta bdew jgħaqqdu kollox fuq id-diversi inċidenti, huma kienu rintraċċaw il-manuvri tas-sewwieq ta’ Toyota Vitz li daħal il-Belt, ipparkja l-vettura tiegħu, ħareġ scooter tal-elettriku mill-but tal-bagoll u rikeb u beda jdur mat-toroq.

Dak l-iscooterdeher li kien il-fattur komuni li jgħaqqad is-sewwieq mal-ħruq imwettqa. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, semgħet ukoll bil-modus operandi partikolari tas-suspettat, li l-Pulizija bdew joqogħdu attenti wara li espert tal-ħruq tan-nar analizza ġebla misjuba taħt waħda mill-vetturi maħruqa.

 
Is-suspettat allegatament kien ixarrab il-vettura b’likwidu, imbagħad joqgħod ftit lura, jixgħel oġġett li jżomm f’idejh, imbagħad jimmira lejn il-vettura li tieħu n-nar. Wieħed mix-xhieda iddeskrivaha bħala “cocktail Molotov.”

Hoodie, simili għal dak li ntlibes mis-suspettat fil-filmati, sussegwentement instab f’residenza fil-Belt Valletta fejn kien joqgħod Pace. Scooter u backpack, simili wkoll għal dawk li dehru fil-filmati, ġew irkuprati minn residenza tal-Imġarr li l-akkużat żar kultant.

Xehdu wkoll żewġ uffiċjali mill-għassa tal-Belt Valletta. Mistoqsi mill-avukat tad-difiża David Gatt jekk il-filmati rkuprati jeskludux xi scooters elettriċi oħra fil-kapitali fiż-żmien tal-ħruq, xhud tal-Pulizija qal li għalkemm is-CVA ma rreġistrax scooters bħal dawn, filmati oħra dehru li jindikaw li kien hemm wieħed biss minn dawn scooter fil-ħin li seħħew l-attakki.

Kien hemm biżżejjed evidenza biex l-akkużat jitqiegħed taħt att ta’ akkuża, iddikjarat il-Qorti, hekk kif is-smigħ wasal fi tmiemu. Talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet milqugħa, wara li l-Qorti semgħet kif l-akkużat kellu rekord kriminali nadif, xogħol full-time u kien qed jirrispetta l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tal-Pulizija qabel ma ġie arrestat.

Huwa ngħata l-libertà proviżorja fuqdepożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €15,000, curfew bejn id-9: 00pm u l-4: 00am, u li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa u taħt ordnijiet stretti biex ma jersaqx lejn xi waħda mill-allegati vittmi. L-Ispettur Priscilla Caruana Lee mexxiet il-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat David Gatt deher għall-akkużat.