Lokali Qorti

KUNFLITT TA’ INTERESS ĊAR: Iċ-Chairman tat-Tribunal li mexxa l-każ dwar il-pompa tal-petrol fil-Gżira, mpjegat tal-Awtorità għall-Ambjent

Iċ-Chairman tat-Tribunal u Reviżjoni tal-Ambjent u Ppjanar huwa mpjegat tal-Awtorità tal-Ippjanar waqt li kien qed jippresjedi, jisma’ u jiddeċiedi fuq il-kawżi fejn l-istess Awtorità hija parti, huwa każ ta’ kunflitt ta’ interess ċar.

B’mod abbużiv hekk seħħ wkoll fil-każ tal-pompa tal-petrol ta’ Manoel Island li se timxi għall-ġnien pubbliku tal-Gżira. F’ittra uffiċjali ppreżentata fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mill-Kunsill Lokali tal-Gżira li b’mod unanimu qed jgħid li l-pompa tal-petrol se tieħu parti sew mill-Ġnien “Kunsill tal-Ewropa” se jkun ta’ detriment kbir għal dan il-ġnien pubbliku klassifikat bħala Spazju Miftuħ.

Il-Kunsill Lokali Gżirjan qal li l-Kapitlu 551 tal-Liġijiet ta’ Malta jipprovdi li t-Tribunal għandu l-għandu l-għan li jirrevedi deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u tal-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi għandu jkun indipendent u imparzjali.

Il-fatt li ċ-Chairman jiddeċiedi fuq kawżi fejn l-istess Awtorità hija parti toħloq dubju kbar dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-istess Tribunal L-ittra uffiċjali tgħid li t-Tribunal ma jistax jitqies bħala imparzjali u indipendenti skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Konvenzjoni Ewropea u li dan ippreġudika d-dritt ta’ smigħ xieraq tal-Kunsill Lokali tal-Gżira.

Il-Kunsill Lokali qed jitlob lill-Qorti biex jinforma lit-Tribunal sabiex fi żmien 10 t’ijiem minn notifika tal-ittra uffiċjali jannulla u jirrevoka d-deċiżżjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar tat-2 ta’ Lulju 2020.

Dan talli l-istess Tribunal ma osservax u ma applikax l-prinċipji ta’ mġiba amministrattiva tajba u li rriżulta li ma seħħx id-dritt ta’ smigħ xieraq u li saħansitra mar kontra l-liġi.

Fl-ittra uffiċjali l-Kunsill Lokali tal-Gżira qajjem ukoll il-punt din l-lokalità hija assedjata b’kostruzzjoni u żvilupp kontinwu. Fosthom il-kummerċaliżazzjoni tal-ispazji pubbliċi bħal ma huma l-bankini u t-toroq li qed jintużaw għal skopijiet ta’ platforms fejn jintramaw siġġijiet u mwejjed għall-istabbilimenti kummerċjali.

Riżultat ta’ dan ifisser li anke l-mogħdijiet u spazji pubbliċi qed jiġu ristretti. L-ittra uffiċjali saret mill-Avukat tal-Kunsill Claire Bonello.