Kristy Debono, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet fil-parlament li l-fondi Ewropej jistgħu jkunu essenzjali fl-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jintużaw għall-għodod neċessarji iżda fir-realtà Malta tuża biss 41% tal-fondi li hemm allokati għaliha f’dan is-settur waqt li pajjiżi oħra jużaw madwar 70%; dan qed iseħħ minħabba l-burokrazija fil-proċeduri.
Il-pajjiż għandu deficit fil-viżjoni fejn is-setturi li qed irendu huma dawk li ħoloq gvern Nazzjonalista snin ilu; issa jeħtieġ viżjoni għall-futur. Tliet ġimgħat ilu l-parlament iddibatta l-budget iżda l-gvern ma kellha l-ebda intenzjoni li jiffoka fuq l-innovazzjoni u kien hemm l-ebda riferenza għal dan is-settur li għandu jixpruna l-ekonomija diġitali.
Hi qalet li jeħtieġ li dan is-settur ikun sinkronizzat mal-Malta Enterprise biex jissaħħu l-kumpaniji żgħar u medji. L-istart ups huma dawk l-entitajiet li joħorġu b’ideat innvoattivi; għalhekk jeħtieġu l-appoġġ.
Id-deputat Nazzjonalista kkritikat il-mod riġidu li fih qed jaħdmu l-banek, li issa sar ostakolu. L-innvoazzjoni hi l-proċess tar-riġenerazzjoni tal-ideat li jmorru fis-suq rispettiv.
Jeħtieġ li jsir investiment fis-sors tal-ideat, sostniet Kristy Debono, li qalet li bosta setturi għadhom ‘il bogħod wisq biex jiffukaw fuq l-innovazzjoni u r-riċerka. Il-liġijiet għandhom ikunu dejjem rilevanti u flessibbli, għandu jsir żvilupp fil-kapital uman u l-bidla kulturali huma l-pilastri ewlenin tas-settur. Għandu jsir ukoll investment fl-edukazzjoni bikrija biex din tinbidel u taddatta għal kull żmien.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-kurrikulum għandu jinkludi iktar xjenza għall-istudenti sa minn etajiet żgħar; din hi waħda mill-iktar sfidi li għandu l-pajjiż għaliex wieħed mill-ikbar ostakli hi n-nuqqasijiet ta’ ħiliet li hemm f’ċertu setturi tax-xogħol.
//= $special ?>