Fis-Centenary Stadium f’partita oħra mir-rawnd Preliminari tal-FA Trophy . Tmien gowls, żewġ penalties, 120 minuta logħob f’partita fejn Mqabba għelbu lil San Gwann 5 – 3 fil-ħin barrani . Wara li l-ewwel taqsima ntemmet 0 – 0 , fis-46 minuta NEZAR ABOUAISHA dar ma’ avversarju qabel ma għeleb lil Maverick Buħagiar minn barra l-kaxxa.
Fit-52 minuta San Gwann irduppjaw permezz ta’ ADAM FALZON. Minn partita deċiża waslet ir-reazzjoni minn Mqabba b’JOHAN CASTANO b’xutt fil-baxx jgħeleb lil Dean Sciberras u żewġ minuti wara kien GABRIEL MANNINO li wara li dar ma żewġ difensuri għamel l-iskor 2 – 2.
Fil-85 minuta, fawl fil-kaxxa għal San Gwann bir-referee Matthew Degabriele jsaffar penalty b’CLIFFORD GAUCI jerġa jpoġġi lil San Gwann fil-vantaġġ. Fid-90 minuta penalty għal Mqabba b’JOHAN CASTANO jgħeleb lil Sciberras għat 3 – 3 . Fil-110 minuta b’gowl fl-angolu ta’ fuq skurjat minn RYAN SPITERI poġġa lil Mqabba fil-vantaġġ sabiex b’San Gwann fuq l-offensiva f’tentattiv li jgħamlu l-iskor indaqs, fil-118 il-minuta f’kontrattakk kien JOHAN CASTANO li b’Dean Sciberras barra minn postu minn 35 metru llobbja ġewwa biex għalaq il-partita u poġġa lil Mqabba fir-rawnd li jmiss.
FA Trophy
Ilbieraħ: St. George’s v Pembroke A. 1-3 Illum: Mqabba v San Ġwann 5-3 Għada: Centenary Stadium: St. Andrews v Żurrieq 5.30pm, Naxxar L. v Qrendi 8.45pm