Futbol Sport

Punt jifred lit-timijiet ta’ Milan fil-quċċata

(Ritratt: EPA)

Milan kisbu t-tieni draw konsekuttiv f’temp ta’ ftit jiem biex issa d-distakk minn ma Inter niżel għal punti. MATTIA DESTRO skorja darbtejn għal Genoa filwaqt li DAVIDE CALIBRIA u PIERRE KALULU skorja għal Milan.

Inter kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 kontra Napoli. Il-mumenti deċiżivi tal-partita fis-70 minuta. Foul tal-goalkeeper ta’ Napoli, David Ospina fuq Matteo Darmian. Ir-referee Davide Massa saffar penalty għal Inter. Taħ u skurjaħ ROMELU LUKAKU. Fl-istess waqt tkeċċa għal Napoli Lorenzo Insigne għal protesti u kliem abbużiv lejn ir-referee.

Juventus kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 fl-Allianz Stadium minn Atalanta. Fid-29 minuta Juventus fetħu l-iskor. Azzjoni ta’ Rodrigo Betancour lejn FEDERICO CHIESA li għeleb lil Gollini. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Fil-57 minuta b’Atalanta fuq l-offensiva meritatament kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ REMO FREULER. Mas-siegħa logħob Ronaldo kellu ċ-ċans li jagħti t-tliet punti lil Juventus iżda ra l-penalty tiegħu salvat minn Gollini.

SERIE A
Ilbieraħ
: Udinese v Crotone 0-0, Benevento v Lazio 1-1 Illum: Juventus v Atalanta 1-1, Fiorentina v Sassuolo 1-1, Genoa v Milan 2-2, Verona v Sampdoria 1-2, Inter v Napoli 1-0, Parma v Cagliari 0-0, Spezia v Bologna 2-2 Għada: Roma v Torino 8.45pm