Kunsilli Lokali Lokali

Triq fil-Floriana se tissemma għal Oliver Friggieri wara mozzjoni tal-PN

Triq fil-Floriana se tkun qed tissemma għal Professur Oliver Friggieri wara mozzjoni mressqa mill-Minority Leader tal-PN fil-Floriana James Aaron Ellul.

Wara l-mewt tiegħu, Ellul ressaq mozzjoni biex triq f’Balzunetta fil-Floriana tissemma għall-kittieb, poeta u akkademiku. Issa l-Kunsill approva din il-mozzjoni, li ġiet sekondata mill-Kunsilliera Nazzjonalista Justine Palmier. Issa għandha tibda d-diskussjoni fuq fejn u liema triq se tintgħażel biex iġġib l-isem ta’ Oliver Friggieri.

https://www.facebook.com/jamesaaronellul/posts/4141815785848563

F’kummenti lil Net News Ellul qal li s’issa hemm il-ħsieb li Triq l-Argotti ż-żgħira tkun imsemmija għalih. Huwa qal li ntlaħaq qbil ukoll biex il-Kunsill iqis il-possibbiltà li titwaħħal irħama mal-binja fejn trabba u għex Prof. Friggieri.

Il-Kunsilliera tal-PN fl-istess laqgħa esprimew ix-xewqa li l-monument propost għal Oliver Friggieri isir fil-Floriana u li mal-Kunsill Lokali ssir ukoll konsultazzjoni.