West Bromwich Albion keċċew lill-kowċ Slaven Bilic wara li kien ilu fit-tmexxija tal-klabb għal 18 -il xahar. Ilbieraħ West Brom kisbu punti importanti meta fl-Etihad Stadium temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Manchester City.
Bilic kien iffirma kuntratt ta’ sentejn ma ħa t-tmexxija tal-klabb f’Ġunju tas-sena li għaddiet fejn wassal lil West Brom sal-Premier League. Dan l-istaġun West Brom rebħu partita waħda biss kontra t-tim tal-qiegħ Sheffield United.
Fil-preżent West Brom jinsabu fid-19 -il post tal-klassifika b’seba’ punti minn tlettax -il partita. Sam Allardyce, Nigel Pearson, Mark Hughes u Eddie Howe kollha qed jissemmew li jieħdu post Bilic fit-tmexxija ta’ West Brom.
//= $special ?>