Formula 1 Sport

Yuki Tsunoda se jieħu post Daniil Kvyat ma’ Alpha Tauri

Yuki Tsunoda se jkun qiegħed jieħu post Daniil Kvyat ma’ Alpha Tauri mill-istaġun li ġej. B’hekk it-tim ta’ Alpha Tauri se jkun iffurmat mis-sewwieq Franċiż Pierre Gasly u is-sewwieq Ġappuniż Yuki Tsunoda.

Tsunoda kien parti mill-akkademja ta’ Red Bull u Honda fejn kien isuq fil-Formula 2 fejn temm fit-tielet post u sar t-tielet sewwieq wara Mick Schumacher u Nikita Mazepin li se jsuqu ma’ Haas.

Is-sewwieq Ġappuniż ta’ 20 sena qal li se din kienet ħolma li saret realtà u rringrazzja lil kull minn kien involut fil-karriera tiegħu s’issa li tah l-opportunità.

It-timijiet tal-Formula 1 għall-istaġun li ġej s’issa

Mercedes: Valtteri Bottas, Red Bull: Max Verstappen, Mc Laren: Daniel Ricciardo u Lando Norris, Aston Martin: Sebastian Vettel u Lance Stroll, Alpine: Fernando Alonso u Esteban Ocon, Ferrari: Charles Leclerc u Carlos Sainz, Alpha Tauri: Pierre Gasly u Yuki Tsunoda, Alfa Romeo: Kimi Raikkonen u Antonio Giovinazzi, Haas: Nikita Mazepin u Mick Schumacher, Williams: George Russell u Nicholas Latifi