Lokali Qorti

20 xahar ħabs u kumpens ta’ €7,000 wara li faqa’ wiċċ persuna bi statwa…għal €50

Raġel ta’ 64 sena minn Ħaż-Żabbar ġie kundannat 20 xahar ħabs u ordnat iħallas kumpens ta’ €7,000 wara li faqalu wiċċu bi statwa għax ma riedx iħallas persuna li għamillu xogħol fuq id-dgħajsa tiegħu.

Il-Qorti qiset n-natura serja tar-reat li dwaru qed tinstab ħtija, fuq reat li seħħ fuq anzjan ta’ 78 sena bhala l-grazzi tax-xogħol li dan ghamel lill-imputat. L-inċident seħħ fl-4 ta’ Lulju 2019.

Il-vittma, li huwa Għawdxi qal quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li tqabbad minn Emmanuel Esposito jagħmillu xogħol fuq il-kajjik, “qalli għandi d-dgħajsa l-oħra kajjik jew ma nafx x’ inhi, mhux tistartja l-magna” u tenna li kien qallu biex jirranġalu l-heaters tagħha. Propjament kienu żewġ opri tal-baħar fil-kwistjoni.

Qal li kien mar miegħu l-għada jew pit għada, u ħadu fuqha. Tellgħu l-għodda, qalalu l-heaters, iċċekjaħomlu wieħed wieħed u qallu dawn tajbin. Pruvaw jistartjaw u qallu li kellu xi ħaġa ohra. Esposito staqsieh jekk hux il-pompa

Il-vittma ċċekkja l-pompa li ttelgħa d-diesel mit-tank għal ġol-magna. U kienet bil-ħsara, Qalli li se jmur jixtri waħda, u mar xtara waħda ġdida. Ġaba, armajtilu u startjajna u kienet kollox sewwa. Umbgħad wara għedtlu,
‘jekk inti tridni nagħmilek service fuq il-mutur.

“Ghedtlu telgħaha għax fuqha mhux ħa niġi, u qalli u ejja għamili pjaċir ħalli nitilaw fuqha. Biex nikkuntentah mort,tlajna fuq id-dgħajsa tiegħu l-oħra li kienet fil-baħar, jiġifieri l-ewwel wahda li rranġajtilu.

“Kif tlajna fuqha għedtlu hawn hekk ma tantx nistgħu naħdmu għax l-outboard jkun mdendel m’a wara, jiena b’i problemi f’saqajja, ppruvajt naqlalu l-sparking plugs u waqawli xi ghodda l-bahar.

“Għetlu isma għamili pjaċir din mhux ħa nkomplija hawn hekk. Ghetlu meta trid intellawha fejn konna dakinhar u nirranġaw u gġaddiet. Gġaddiet ġurnata, tnejn, tlieta, qalli iva għax karru ma għandix, qalli ma nistgħux intellawha għal issa.

“Wara xi ġimgha rajt lil wieħed li telgħa fuq id-dgħajsa u qed jipprova jirranġa hu. Għedt mela dan jrid joqgħod jgħaddini biż-żmien u ma startjawiex xorta”.

Qal li raha kollox dakinhar għax kien qiegħed fuq bank fejn il-baħar. Qal li dan mhux se jħallih jghaddih biż-żmien, u kif niżel minn fuq id-dgħajsa u mar fil-karozza, mar fuqu u qallu biex jagġmillu pjaċir u jħallsu tax-xogħol li kien għamillu u jekk ried li jkomplilu fuq l-outboard qallu biex itellagħha.

Qallu li kien se jmur għall-flus l-għada u jirranġaw. Kien mar fir-residenza tiegħu biex jitlob li jitħallas għal xogħolu, ħabbatlu u fetah. Daħal ġewwa, u qallu, “naghmilek drink”.

Il-vittma ma riedx u qallu biex jagħtih li kellu jtih ħa jitlaq. Wara Esposito qallu. “wara kollox x’ għandi intik jien”, bil-vittma jwieġbu ċuċata, ‘fifty euros’, lanqas ħaq ta’ waħda”.

L-imputat wieġbu, ħa ngħidlek x’ ħa ntik jien”. Kellu statwetta taċ-ċaqquf… li kien fiha xi pied min dawn li jkunu fuq il-kommodini fl-intrata. Qabadha u faqaħilu ġo rasu.

Din inkisret, kien baqalu biċċa oħra u qallu issa ħa ndaħħalilek ġo wiċċek, u qallu wkoll. “Gie ħa jtijili ġo wiċċi u lqajtilu u għamilli kuħħala daqsxix, pero biċċa minnha…” laqtitu fuq imnieħru minn fejn ħareġ ħafna
demm.

Il-vittma qal li dan ma kienx kollox għaliex qala diversi daqqiet ta’ ponn
“Qalli itlaqli l-barra, u kif beda jagħtini bil-ponn qbadt ma’ l-antiporta, kellu ħġiega nieqsa ta’ l-antiporta u qbad m’ hemm. Sadanitant baqa’ jagħtini bil-ponn ġo wiċċi u f’sidri… U anke bis-sieq f’saqqaja.


“Ma flaħtx inżomm iktar għax kont daqsxejn stordut bid-daqqa u sabbatni mal-art, gerbibni, tefani fit-triq u għalaq il-bieb. Bid-daqqiet ta’ sieq spiċċajt fuq il-bankina barra, u hu sabbat il-bieb u daħal ġewwa.

Il-vittma iddaħħal l-isptar fejn dam tliet ġimgħat u li fihom kien muġugħ ħafna. L-akkużat ċaħad li hu kien sawwat lill-vittma u li kien għamillu xi xogħol.

L-ispettur Oriana Spiteri qalet li meta l-imputat ġie interrogat ċaħad li
jaf lill-vittma li għamillu xi xogħol għalkemm ikkonferma li għandu “fregatina ta’ 15 il-pied u speedboat ta’ 13 il-pied.

Il-vittma spiċċa b’nuqqas ta’ mobilità ġenerali u sofra minn problemi fil-ġembejn tax-xellug u li qed isofri minn artrite f’dan il-ġog. Hemm ċans ukoll li l-pazjent ikollu bżonn ta’ operazzjoni biex jinbidel il-ġog.

It-tabib li eżaminah qal li l-vittma qed ibati minn diżabilita ta’ ħamsa fil-mija. Il-Qorti meta rat iċ-ċirkostanzi tal-każ emmnet lill-vittma. “Kif qatt jista’ jiġi emnut l-imputat li raġel li ftit li xejn kien jafu, anzi
kienu biss jsellmu lil xulxin, għal xejn b’xejn kellu jaqla’ storja daqshekk gravi dwaru? Storja izda, li l-ġrieħi mġarrba hija ċertifikata mit-tobba”.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Oriana Spiteri.