Lokali

AĠĠORNATA: Mark Camilleri jiskuża ruħu – irtirata s-sejħa għar-riżenja tiegħu

Wara li iktar kmieni ċaħad is-sejħa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jirriżenja mill-kariga, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri skuża ruħu u t-talba għar-riżenja ġiet irtirata.

Fuq Twitter, filwaqt li rringrazzja lil kulħadd għall-appoġġ li ngħata, Camilleri qal li kellu kuntatt mal-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana u skuża ruħu għall-lingwaġġ tiegħu li kien imbarazzanti fil-konfront tal-pożizzjoni tagħha bħala Ministru tal-Edukazzjoni u min-naħa tagħha, hi rtirat it-talba għar-riżenja tiegħu.

Madanakollu, Mark Camilleri qal li xorta waħda se jitlaqqa’ l-Kungress Nazzjonali tal-Awturi u Pubblikaturi sabiex jikkonfermaw jekk għadx għandhom fiduċja fit-tmexxija tiegħu.