Lokali

Aktar tiġdid fil-Kumitati tal-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista beda process ta’ tigdid fil-Kumitat Sezzjonali – tiġdid ta’ kumitati li huma l-leħen tal-Partit fil-lokalitajiet kollha madwar Għawdex.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif dan il-Partit qed ikompli bit-tiġdid f’diversi livelli tal-istrutturi tiegħu.

Bernard Grech ħeġġeġ lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-futur tal-PN u tal-pajjiż biex jersqu ‘l quddiem f’dan il-proċess u jagħtu sehemhom biex verament titwettaq il-bidla.

Biex jifforma parti minn Kumitat, wieħed irid ikun tesserat fl-aħħar sena. Kull min jitieq aktar informazzjoni jista’ jsewgi l-link hawn.

Il-Kumitati kollha se jkollhom Laqgħa Generali Annwali b’dawk tal-Għasri, il-Fontana, Ħaż-Żabbar, iż-Żurrieq, l-Imtarfa u l-Mellieħa jkunu l-ewwel Kumitati li se jitlaqqgħu fil-11 ta’ Jannar.

Il-laqgħat tal-kumitati kollha ta’ Malta u Għawdex jibqgħu sejrin sas-26 ta’ Jannar, bil-Belt Valletta, Hal Tarxien, Ħaz Żebbuġ u Ta’ Xbiex jaghlqu dan il-proċess.

Bħala parti minn dan it-tiġdid fil-PN, riċentament kellna wkoll il-ħatra tal-avukat Martina Caruana u Ivan Bartolo li daħlu fil-karigi importanti ta’ President tar-Riċerka Politika u President tad-Djalogu Soċjali rispettivament.