L-Istati kollha tal-Unjoni Ewropea qed jippjanaw li jibdew ilaqqmu lin-nies kontra l-Covid-19 mis-27 ta’ Diċembru.
Dan wara li f’nofs il-ġimgħa, uffiċjali tal-UE kienu qalu li l-Unjoni setgħet tagħti l-approvazzjoni finali għall-vaċċin – żviluppat minn Pfizer u l-kumpanija sieħba BioNTech – fit-23 ta’ dan ix-xahar.
Il-Ministru tas-Saħħa Ġermaniż, Jens Spahn, qal li l-Ġermanja se tkun fost il-pajjiżi li se jibdew mal-ewwel il-proċess tat-tilqim, waqt li sostna li l-Istati l-oħra tal-UE ‘iridu li jibdew il-proċess mis-27 ta’ Diċembru’.
Spahn, fil-preżent, qed iħejji l-laqgħat mal-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel u mal-eżekuttivi tal-BioNTech.
//= $special ?>