Minkejja li Net News kixef il-qerq li ħadem bih il-Gvern fil-preżentazzjoni tal-Budget, il-magna tal-propaganda Laburista xorta għadha qed tipprova tbella’ lin-nies li s-sena d-dieħla se jkollhom “jum ieħor” ta’ leave – meta dan mhuwiex minnu.
Kien propju dan is-sit illi kixef il-gideb tal-Gvern dwar il-leave, u waqqa’ għal kollox il-kliem sabiħ li uża Robert Abela xahrejn ilu.
Wara li inqabad, Robert Abela prova jbiddel id-diska u beda jgħid li inftiehem ħażin. Iżda kliem il-Ministru tal-Finanzi fil-Budget dwar ġurnata extra ta’ leave għall-ħaddiema kien ċar ħafna!
Ir-ritratt mibgħut lilna (fuq) juri li l-Gvern – minkejja li inqabad iqarraq – xorta għadu għaddej b’din il-propaganda partiġġjana minn flus il-poplu.
//= $special ?>