Sport

Ir-Russja sospiżi minn kull attività tal-isport sal-2022

(Ritratt: EPA)

Il-Qorti tal-Arbitraġġ fl-Isport, illum naqqset is-sospensjoni tar-Russja minn kull attività tal-isport għal sentejn wara li s-sospensjoni inizjali kienet ta’ erba’ snin.

Dan ifisser li l-kontinġent Russu mhux se jkun jista’ jipparteċipa fl-ebda kompetizzjoni għas-sentejn li ġejjin b’konsegwenza li l-atleti Russi se jitilfu l-Olimpjadi ta’ Tokjo fis-sajf li ġej, dawk ta’ Beijing sentejn oħra kif ukoll it-Tazza tad-Dinja tal-2022 fil-Qatar. Ir-Russja mhix se titħalla tospità u lanqas titfa’ n-nomina biex tospità avvenimenti tal-isport għas-sentejn li ġejjin.

F’Diċembru li għadda, l-WADA sabet lir-RUSADA ħatja ta’ manipulazzjoni ta’ testijiet u informazzjoni b’rabta mad-doping fil-Laboratorji f’Moska.