Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li l-ewwel dożi tal-vaċċin se jingħataw fis-27 ta’ Dicembru li gej. L-ewwel nies li se jitlaqqmu se jkunu l-ħaddiema li jaħdmu fl-ITU, l-Emerġenza u l-IDU fl-Isptar Mater Dei.
Dan il-pass kien possibbli wara hidma li saret mill-Kummissjoni Ewropea mal-kumpaniji li qed jipproducu t-tilqim ghal kontra l-Covid.
Mistoqsi dwar l-aħbarijiet li ħerġin mill-Ingilterra li aktarx hemm varjant tal-Coronavirus, il-Ministru tas-Saħħa qal li mill-informazzjoni li hemm sa issa, jidher li l-vaċċini żviluppati xorta huma effettivi kontra dan l-istrain ġdid tal-virus.
Sadanittant, fl-Isptar Mater Dei kienet inawgurat angio suite ġdida bħala parti mill-programm ta’ titjib fid-Dipartiment magħruf bħala medical imaging. Permezz ta’ dan l-apparat, issa jistgħu isiru interventi li qabel, jew ma kienux isiru, jew li kienu jirrikjedu operazzjoni maġġuri.
Il-Kap tad-Dipartiment, it-Tabib Kenneth Saliba qal li din tintuża biex titratta kundizzjonijiet bħal tumur fil-kliewi u fil-fwied, kif ukoll emerġenzi fejn persuna tkun qed titlef ħafna demm.
//= $special ?>